Il-Pulizija ssib omm it-tarbija abbandunata

Il-Pulizija qed titkellem ma’ mara b’rabta mal-każ tat-tarbija li nstabet abbandunata f’San Pawl il-Baħar nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fi stqarrija, il-Pulizija spjegat li mill-investigazzjonijiet instab li omm it-tarbija hija Maltija. Hi ġiet identifikata u qiegħda titkellem mal-Pulizija.

It-tarbija ta’ sess maskili nstab fi Triq il-Pijunieri. It-tarbija hija ta’ kanaġġjon abjad u kienet għadha ta-twelid tant li l-kurdun kien għadu intatt. Il-Maġistrat Joe Mifsud semma lit-tifel Cristiano.