Il-Pulizija ssib lil din it-tifla

Il-Pulizija infurmat li t-tifla ta’ 12-il sena, Mia O’Connell, instabet u rritornat lura d-dar.

Fi stqarrija, il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-għajnuna tiegħu biex tinstab it-tifla. Dan wara li lbieraħ ġiet irrapurtata nieqsa.

Ilbieraħ kienet dehret l-aħħar lejn St. Catherine Secondary School f’Pembroke għall-ħabta tat-7.50 am.  Kienet liebsa uniformi tal-iskola blu bi strixxa ħamra fil-ġenb. Kellha wkoll basket griż.

L-istess tifla kienet diġà ġiet irrappurtata darb’oħra f’Diċembru li għadda. Hi kienet instabet fuq il-vapur tal-Gozo Channel.