Il-Pulizija ssalva tifel ta’ sentejn minn karozza msakkra fir-Rabat

Read in English.

Kmieni dalgħodu l-Pulzija bdiet b’ħidma fejn salvat tifel ta’ sentejn minn karozza li għal xi raġuni ssakkret waqt li kien fiha fir-Rabat.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-7.45am. Intqal li l-Pulizija tal-RIU ġiet imsejħa fi Triq Anton Muscat Azzopardi.

Hemmhekk għamlet użu minn apparat magħruf bħala Res-Q-Me li hija tip ta’ għodda li ġġorr il-Pulizija sabiex biha jkunu jistgħu jifqgħu l-ħġieġ biex jidħlu f’binjiet jew karozzi msakkra. L-apparat parikolari huwa wieħed sinjifikanti fl-għodda tal-Pulizija hekk kif f’każijiet estremi, l-użu tiegħu jista’ jwassal sabiex persuna ma titlifx ħajjitha.