Il-Pulizija ssalva 20 vittma ttrafikati f’Malta

Il-Ministeru għall-Intern ħabbar li l-Pulizija rnexxielha tkisser ċirku ta’ traffikar ta’ bnedmin li kien jinvolvi 20 persuna vittmi tat-traffikanti.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li wara investigazzjonijiet, il-Pulizija rnexxielha tasal għal madwar 20 persuna li huma vittmi ta’ traffikar ta’ bnedmin.
Il-Gvern qal li dawn il-vittmi nġiebu Malta biex jaħdmu iżda ma qalx x’tip ta’ xogħol kienu qiegħdin jagħmlu.
Il-proċess min-naħa tal-Gvern qed isir biex jinstab rifuġju għal dawn il-vittmi.
Ingħad ukoll li Identity Malta skattat il-mekkaniżmu li bih tati status ta’ emerġenza lill-vittmi kollha, kemm fir-rigward ta’ residenza kif ukoll fis-suq tax-xogħol.
Sa issa l-Pulizija għadha ma ħarġet l-ebda stqarrija dwar dan il-każ.