Il-Pulizija Spanjola b’azzjoni kontra l-aħbarijiet foloz

FILE PHOTO: A projection of cyber code on a hooded man is pictured in this illustration picture taken on May 13, 2017. REUTERS/Kacper Pempel//File Photo

Skont il-Ministeru għall-Intern Spanjol, team ta’ aktar minn 100 pulizija fi Spanja se jkunu qed iduru l-internet għal sinjali ta’ aħbarijiet foloz u cyber attacks hekk kif il-pajjiż qed joqrob lejn l-elezzjonijiet li se jsiru x-xahar id-dieħel .

Uffiċjali se jkunu qed iżommu għajnejhom fuq Facebook, WhatsApp, Twitter, u networks soċjali oħra skont pjan ta’ sigurtà biex jipproteġu l-vot, żied jgħid il-Ministeru.

Il-ġganti tal-midja soċjali wiegħdu li se jagħmlu aktar biex ineħħu posts għarrieqa u biex jagħmluha aktar faċli għall-elettorat biex jidentifika reklami politiċi fuq in-networks tagħhom.

Madanakollu, il-Kummissjoni Ewropea qalet li Google, Facebook, u Twitter ma għamlux dak kollu li kienu tkellmu dwaru qabel numru ta’ polls Ewropej.