Read in English.
Il-Qorti laqgħet talba b’mod proviżorju biex jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni u b’hekk ma jiġix issiġillat il-bini fejn kien hemm il-Paloma Hotel u minn fejn nhar it-Tnejn inħarġu 80 immigrant.
AQRA: Jinħarġu minn blokka appartamenti f’Buġibba madwar 80 immigrant
Id-Direttur tas-Saħħa ħareġ ordni biex il-post jiġi ssiġġillat liema ordni ġiet ikkontestata mill-persuna li qed tidher għal sid il-post.
Newsbook.com.mt tkellem ma’ xi residenti li joqogħdu f’din il-binja. Resident minnhom qal ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet li l-Pulizija qabdu u żgassaw il-bieb biex jidħlu ġewwa. Persuna oħra li toqgħod fil-post iddeskriviet kif il-Pulizija qabdu u daħlu mingħajr ma ħabtu l-bieb. L-istess persuna spjegat kif, malli daħlu, il-Pulizija talbu lill-persuni li kien hemm ġewwa, biex juruhom id-dokumenti. Huwa sostna li l-Pulizija ġabru d-dokumenti tagħhom.
Mhux magħruf jekk il-Pulizija kellhiex mandat tat-tfittxija biex tidħol fil-binja.