Il-Pulizija Russa ssib bomba oħra f’San Pitruburgu

L-awtoritajiet Russi rnexxielhom jneħħu kull periklu minn bomba li nstabet f’appartament f’San Pitruburgu.
Il-bomba nstabet tliet ijiem wara li splużjoni fuq tramm fl-istess belt ħalliet 14-il persuna mejta.
Uffiċjal tal-belt qal li diversi suspettati qed jinżammu taħt arrest wara rejd kmieni l-Ħamis filgħodu.
Il-ġirien nħarġu mir-residenza tagħhom bħala prekawzjoni u xhieda li kienu fuq il-post qalu li raw lill-Pulizija joħorġu tliet persuni bil-manetti mill-appartament.
Akbarzhon Jalilov, iż-żagħżugħ ta’ 22 sena, li kien il-moħħ wara l-bomba ta’ nhar it-Tnejn inqatel waqt l-attakk.