Il-Pulizija qed tfittex żagħżugħ b’rabta mas-serqa minn Tignè

Il-Pulizija qed tftittex lil Ramazan Hysa b’rabta mas-serqa ta’ lbiraħtlula minn ħanut tal-ġojjellerija f’Tignè Point.
Iż-żagħżugħ ta’ madwar 24 sena għandu passaport Albaniż, u hu wieħed minn persuni li qed jiġu mfittxija b’rabta mal-każ.
Il-Pulizija talbet biex min jagħraf lir-raġel jew għandu xi informazzjoni jikkuntattjaha fuq 119 jew 21224001, inkella jċempel l-Għassa ta’ Tas-Sliema fuq 22943351.