Aġġornata: Tinstab it-Torka li ġiet irrappurtata nieqsa

Aġġornata 6.30pm
It-tfajla Torka nstabet iktar kmieni llum għall-ħabta tal-5.30pm

Aktar kmieni
Il-Pulizija qed tappella lill-pubbliku biex jgħinha ssib lit-tfajla Torka Irem Sakranli, li tgħix is-Swieqi. 
It-tfajla li għandha 25 sena, ilha nieqsa mill-bieraħ is-Sibt 13 ta’ Ġunju. 
L-aħħar li dehret kienet liebsa libsa ta’ lewn blu ċar, żarbun isfar u tista’ għandha wkoll ġakketta kannella. 
Irem għandha statura irqiqa, xagħar kannella skur u hi twila 165ċm. 
Kull min għandu xi informazzjoni dwar it-tfajla jista’ jagħddiha lill-Pulizija b’mod kunfidenzjali, f’waħda mill-għasses jew fuq in-numri tad-Depot: 21 224 001-9 jew Crime Stop 119.  
Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil Irem.