Aġġornata: Il-Pulizija tarresta lir-raġel li agredixxa impjegat ta’ ħanut f’Tas-Sliema

Il-Pulizija rnexxielha taqbad lir-raġel li ħebb u weġġa’ serjament impjegat ta’ ħanut wara li prova jisraq xi oġġetti.

Kien għall-ħabta tat-tlieta u għoxrin ta’ waranofsinhar, li raġel ta’ 34 sena, daħal f’ħanut li jbiegħ ix-xorb fi li jinsab fi Triq il-Kurunell Savona, Tas-Sliema u ġie nnutat jieħu xi affarijiet u jaħbihom fil-ġakketta.

Meta l-impjegat ta’ 34 sena mar ikellmu biex jagħti lura l-affarijiet li allegatament ħeba fil-ġakketta, il-ħalliel agredixxa lill-impjegat b’arma li taqta u bil-ponta u ħarab minnufih minn fuq il-post.

Meta l-Pulizija marret fuq il-post, sabet lill-impjegat ferut u kien qed jingħata l-għajnuna minn tim mediku.

L-impjegat, li hu barrani ttieħed mill-ewwel lejn Mater Dei b’ambulanza.

Jidher li r-raġel ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.

Sadanittant, il-Pulizija rnexxielha taqbad lill-ħalliel u qed iżżommu biex jgħinha fl-investigazzjoni.