Il-Pulizija ordnata tieħu passi kontra Vince Farrugia

Il-Qorti ordnat lill-Pulizija biex tieħu passi kontra l-eks Direttur Ġenerali tal-GRTU Vince Farrugia fuq xhieda falza.
Madanakollu, il-Maġistrat Aaron Bugeja ma sabx li kien hemm biżżejjed provi li Farrugia pprova jinfluwenza x-xhieda ta’ persuni oħra fil-każ kontra Sandro Chetcuti.
Il-każ imur lura għal Marzu tal-2010 meta Farrugia u Chetcuti kellhom argument fl-uffiċini tal-GRTU fil-Belt. 
F’Settembru li għadda, Chetcuti ma kienx instab ħati li weġġa’ gravi lil Farrugia. Il-Qorti sabitu ħati li kkawżalu ġrieħi ħfief u kien ġie kkundannat xahar ħabs sospiżi għal sena.