Filmat: Il-Pulizija Olandiża tispara fuq suspettat

Il-Pulizija Olandiża qalet li sparat u feriet persuna fl-istazzjoni prinċipali tal-ferrovija ta’ Amsterdam. Dan seħħ minħabba li l-persuna hija suspettata li weġġgħet żewġ persuni b’arma.

L-istazzjon tat-televizjoni lokali Olandiż, AT5 qalet li l-inċident seħħ wara argument li nqala’. Il-Pulizija qalet li s-suspettat kif ukoll iż-żewġ persuni l-oħra feruti, ttieħdu l-isptar għall-kura.

Skont il-BBC għadu mhux magħruf x’wassal biex iseħħ l-attakk però hemm investigazzjoni għaddejja. Xi servizzi tal-ferrovija ġew sospiżi għal xi ħin minħabba l-inċident. Dan l-istazzjon jintuża’ minn madwar 250,000 persuna kuljum.

Il-filmat meħud minn fuq Twitter.