Il-Pulizija żżomm it-tradizzjoni ħajja bil-wirja annwali tal-Ġimgħa l-Kbira

Hekk kif illum huwa Jum id-Duluri, il-Korp tal-Pulizija żamm it-tradizzjoni tiegħu mal-poplu Malti billi inawgura l-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira.
Din hija s-26 sena li l-Pulizija qed itella’ l-wirja, li tittella’ kollha kemm hi mill-membri tal-korp.
Il-Ministru tal-Intern, Carmelo Abela, faħħar it-talenti artistiċi li jeżistu fi ħdan il-korp, u wera l-approvazzjoni tiegħu għal kemm xogħol żejjed jagħmlu l-pulizija biex jaqdu lill-poplu kemm jista’ jkun.
Preżenti għall-ftuħ kien hemm ukoll il-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar.
Wieħed jista’ jżur il-wirja fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija l-Furjana.
Ritratti: CMRU