Il-Pulizija jiġru wara raġel fis-sakra fl-ajruport

Customs

Raġel ta’ 56 sena li daħal f’żona ristretta tal-ajruport u spiċċa bil-pulizija jiġru warajh, ingħata sentenza sospiża.

L-inċident seħħ fis-1.30 tal-Erbgħa filgħodu wara li pprova jkisser il-bieb tat-toilets tal-ajruport.

Ir-raġel, Irlandiż, ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

L-avukat tal-akkużat qal li r-raġel li kien xurban, iddispjaċih għal dak li għamel. Filwaqt li ammetta l-akkużi miġjuba kontrih, il-Maġistrat widdbitu li ħoloq paniku u biex ma jerġax jirrepeti dak li għamel.