Il-Pulizija jfittxu ħnieżer maħruba f’Ħal Luqa

Emy Grech

Il-Pulizija kellhom biċċa xogħol mhux tas-soltu lbieraħ għaliex kellhom jiġru wara ħnieżer maħruba f’Ħal Luqa.

Fi Triq Ħal Farruġ xil-5pm intlemħu xi ħnieżer li ħarbu mir-razzett ta’ sidhom fil-viċin. Kelliema għall-Pulizija infurmat lil Newsbook.com.mt li laħaq dalam, u l-Pulizija ma setgħux jarawhom. Huma kkuntattjaw lis-Servizzi Veterinarji sabiex jgħinuhom, u dawn kellhom ikomplu jfittxuhom dalgħodu.

Newsbook.com.mt ipprova jikkuntattja lis-Servizzi Veterinarji imma għadu bla tweġiba.