Il-Pulizija jfittxu fuq il-bjut f’Tas-Sliema, il-ħallelin jilħqu jaħarbu

Is-serq mir-residenzi f’Tas-Sliema, fis-Swieqi u l-lokalitajiet tal-madwar, għadu fuq fomm kulħadd, b’mod partikolari fost ir-residenti.
Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija rċievew rapporti b’suspett f’żewġ persuni li kienu qed jippruvaw jisgassaw bieb ta’ residenza. Madanakollu dawn ħarbu minn fuq il-post malli semgħu s-sirena tal-karozza tal-pulizija.
It-tfittxijiet tal-pulizija fuq il-bjut tar-residenzi f’din it-triq, irriżultaw fin-negattiv.