Il-pulizija jerġgħu jibdew isuqu bil-beritta

Il-membri tal-Korp tal-Pulizija ma jistgħux jibqgħu jsuqu vettura mingħajr ma jilbsu l-beritta.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li fuq ordni tal-Aġent Kummissarju Raymond Zammit, il-pulizija bl-uniformi li jkunu qed isuqu vettura, jridu jilbsu l-beritta, anke jekk il-vettura ma tkunx immarkata li hi tal-Korp. Din l-ordni daħlet fis-seħħ il-ġimgħa li għaddiet.
Barra minn hekk, is-surġenti u l-kuntistabbli ntalbu biex jilbsu wkoll il-lanyard.
F’Lulju tas-sena li għaddiet, l-eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit, kien qal li minn meta sar Kummissarju, is-sewwieqa tal-vetturi tal-Korp tal-Pulizija ġew eżentati milli jilbsu beritta waqt is-sewqan, minħabba li tista’ ttellifhom waqt li jkunu qed isuqu. 
Ritratt: Malta Police Force