Il-Pulizija jaqbdu 3 żgħażagħ b’kilo kokaina fil-karozza

Read in English.

Tliet persuni li l-età tagħhom tvarja bejn l-20 u t- 28 sena ġew arrestati l-Ħamis filgħaxija f’Ħal Qormi wara li l-karozza tagħhom inqabdet mill-Pulizija u fiha nstab madwar kilo kokaina.

Il-Pulizija ċċirkondaw il-vettura fi Triq it-Tin iżda x-xufier irriversja għal fuq karozza oħra tal-Pulizija, ħareġ mill-karozza u ħarab minn fuq il-post. Ix-xufier li huwa Libjan ġie arrestat wara tfittxija għalih. Ir-raġel u mara li kienu passiġġiera ġew arrestati fuq il-post. It-tlieta li huma residenti l-Belt Valletta.

Jidher li minn tfittxija li saret fil-karozza nstabet blokka sustanza bajdanija, allegatament kokaina b’piż ta’ madwar kilo.

Il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima ġiet infurmata bis-sejba u ħatret diversi esperti sabiex jgħinu fl-inkjesta maġisterjali.