Il-Pulizija Iranjana tiċħad li sparat fuq in-nies jipprotestaw

FILE PHOTO: Iranians gather to show their sympathy to the victims of the crash of the Boeing 737-800 plane, flight PS 752, in Tehran, Iran January 11, 2020. Nazanin Tabatabaee/WANA (West Asia News Agency) via REUTERS

Il-Pulizija Iranjana ċaħdet li uffiċjali sparaw fuq in-nies li kienu qed jipprotestaw wara li l-Iran ammetta li kien wara l-ajruplan Ukren li kkraxxja u li mietu 176 persuna.

Filmati li kienu qegħdin iduru fuq il-midja soċjali juru sparaturi, nixxigħat tad-demm mal-art u nies feruti.

Il-President Amerikan Donald Trump indirizza lill-mexxejja tal-Iran biex ma joqtlux lin-nies qed jipprotestaw.

Id-dimostrazzjonijiet li qed isiru f’Tehran qed ikomplu jeskalaw is-sitwazzjoni bejn l-Iran u l-Istati Uniti, wara li nqatel il-Ġeneral Soleimani bi drones mibgħuta mill-Istati Uniti. Wara dan, l-Iran niżżel l-ajruplan Ukren u anke spara fuq il-bażijiet militari tal-Istati Uniti.

Il-pubbliku Iranjan jinsab irrabjat mal-awtoritajiet, li għall-ewwel bdew jiċħdu li kienu wara t-traġedja tal-ajruplan. Malli l-militar ammetta, il-pubbliku ħareġ jipprotesta. Bdew jgħidu li qed jigdbu li l-għedewwa huma l-Amerikani, għax skonthom, l-għedewwa qegħdin fosthom stess.

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau qal li mhux se jistabar sakemm toħroġ il-verità. Fil-Kanada saru għadd ta’ velji għall-vittmi tat-traġedja tal-ajruplan Ukren, peress li wħud minnhom kienu Kanadiżi.