Il-Pulizija għadha qed tfittex lil dan ir-raġel

CMRU

Dalgħodu l-Pulizija ħabbret li għadha għaddejja bit-tfittxijiet tagħha għal Nikola Josifov, raġel ta’ 27 sena mill-Maċedonja.

Il-Pulizija ħabbret għall-ewwel darba li r-raġel, maħsub li joqgħod San Pawl il-Baħar, qed jiġi mfittex b’rabta ma’ investigazzjoni li għaddejja bħalissa dwar feriment, fl-4 ta’ Marzu.

Kull min għandu xi informazzjoni għandu jikkuntattja lill-Pulizija permezz ta’ messenger fuq Facebook jew iċempel il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fuq 119 jew 21224001. In-numru ta’ referenza huwa [2/2020].