Il-Pulizija Franċiża tfittex lit-tfajla ta’ wieħed mill-aggressuri

Il-Pulizija fi Franza għadhom għaddejjin bit-tfittxijiet għall-kompliċi tal-aggressuri li fi tlett ijiem ta’ attakki f’Pariġi qatlu 17-il persuna.
Fost dawn qed ifittxu lil Hayat Boumeddiene, it-tfajla ta’ Amedy Coulibaly, wieħed mill-aggressuri li lbieraħ inqatlu mill-pulizija hekk kif daħlu f’supermarket f’Pariġi.
Hu mifhum li Boumeddiene kienet ma’ Coulibaly meta nqatlet pulizija mara.
Iż-żewġ aggressuri oħra li nqatlu lbieraħ mill-pulizija huma l-aħwa Cherif u Said Kouachi, li nhar l-Erbgħa qatlu 12-il persuna fl-uffiċini tar-rivista satirika Charlie Hebdo.
Il-President Franċiż Francois Hollande appella lill-poplu biex jibqa’ magħqud għax dik hi l-aqwa arma.