Reuters jikkwota sors li jgħid li l-Pulizija Franċiża arrestat 5 dwar l-attakk fis-suq ta’ Strasburgu

Reuters

Il-Pulizija Franċiża arrestat ħames persuni fuq suspett li kellhom rabta ma’ dak li qatel ħames persuni f’attakk fuq is-suq tal-Milied fi Strasburgu, skont sors ġudizzjarju.

Is-sors qal li s-suspettati ġew arrestati bħala parti minn investigazzjoni dwar kif Cherif Chekatt ġab l-arma tan-nar li uża fl-isparar tal-11 ta’ Diċembru.

Chekatt li kien elenkat fuq lista bħala theddida potenzjali għas-sigurtà kien inqatel mill-Pulizija wara tfittxija ta’ madwar 48 siegħa.