Il-Pulizija fit-toroq “għal Għid mingħajr inċidenti”

Il-Korp tal-Pulizija appella lil kulħadd sabiex isuq bil-galbu fil-fest tal-Għid il-Kbir, u fakkar li se jkunu qed jaħdmu sabiex jassiguraw dan.
Filwaqt li xtaqu l-Għid it-Tajjeb lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, f’messaġġ fuq Facebook qalu li n-nisa u l-irġiel kollha fil-korp se jkunu lesti sabiex iwettqu dmirijiethom illum ukoll.