Il-pulizija fil-Messiku bil-gass tad-dmugħ waqt protesti minn għalliema

Il-pulizija fil-Messiku użaw kanuni tal-ilma u l-gass tad-dmugħ kontra l-protesti li saru minn diversi għalliema, fil-pjazza bl-isem ta’ Zocalo.

Hu mifhum li l-pulizija pruvaw iferxu lill-għalliema li ilhom jokkupaw il-pjazza għal xi ftit ġimgħat wara li skada ż-żmien biex jidħlu fis-seħħ diversi riformi approvati mill-President Messikan Enrique Pena Nieto.

L-awtoritajiet sostnew li riedu li l-pjazza tintuża għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum l-Indipendenza fil-pajjiż, f’dan it-tmiem il-ġimgħa. Filwaqt li l-maġġoranza tad-dimostranti ħallew il-pjazza, oħrajn waddbu missili fil-pjazza u t-toroq tal-madwar, bil-pulizija kellha tuża vetturi armati u helikopters biex tirranġa s-sitwazzjoni.