Il-Pulizija f’Malta issa fuq Twitter ukoll

Fl-okkażjoni tal-200 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, il-Korp tal-Pulizija nieda s-servizz ġdid fuq Twitter.
Il-Pulizija qalet li t-tnedija ta’ dan is-servizz jifforma parti mill-isforzi kontinwi tal-pulizija sabiex tkun preżenti fuq il-mezzi tal-midja soċjali u biex toffri servizz aħjar liċ-ċittadini.
Wieħed jista’ jfittex “Malta Police Force” fuq Twitter.