Il-Pulizija f’Londra tarresta żagħżugħ b’rabta mal-istupru fuq tifla ta’ 12

Il-Pulizija fir-Renju Unit arrestaw żagħżugħ ta’ 17-il sena b’rabta mal-istupru tat-tifla ta’ 12-il sena. Il-każ seħħ il-bieraħ f’Londra meta żewġ żagħżagħ ta’ bejn is-17 u d-19-il sena żammew tifla ta’ tnax u stuprawha.

Minn investigazzjoni jidher li dawn iż-żagħżagħ u t-tifla ma kienux jafu lil xulxin u ltaqgħu l-ewwel darba fil-ħin li seħħ dan il-każ. Hu mifhum li kien hemm it-terza persuna involuta f’dan il-każ ukoll. Intant il-pulzija ddeskriviet dan l-attak bħala wieħed brutali.