Il-Pulizija b’rejd fil-Marsa

CMRU

Bħalissa l-Pulizija qed twettaq rejd f’żona fil-Marsa.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li hemm xi tip ta’ ħidma mill-Pulizija għaddejja bħalissa però, ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi aktar dettalji dwar il-każ.

Is-sit tat-TVM qed jirrapporta li r-rejd seħħ għall-ħabta tas-7.30 pm. Ġie rrappurtat li kien hemm pulizija armati fuq il-post u li għadd ta’ persuni ġew arrestati. X’aktarx din hija ħidma mill-Pulizija kontra d-droga. Fuq il-post kien hemm ukoll ambulanza.