Il-Pulizija bla riżorsi u bla rispett mill-Gvern – PD

Il-Partit Demokratiku (PD) qal li r-rispett lejn il-Pulizija min-naħa tal-Gvern ilu nieqes u dan huwa rifless fil-fatt li għad hemm kwistjonijiet ta’ riżorsi bħall-pagi, poloz ta’ assigurazzjoni, l-istat mhux xieraq tal-għases, in-nuqqas ta’ riżorsi u n-nuqqas ta’ taħriġ f’dixxiplini bażiċi bħat-trattament tal-konsumatur.

Fl-istqarrija l-PD irrimarka li l-Pulizija tneħħewlhom ħafna mir-rwoli tradizzjonali tagħhom bħall-immaniġġjar tat-traffiku u b’hekk qed isiru aktar reattivi milli proattivi u dan l-effett qed jinħass minn kulħadd.

Intant, skont il-PD, il-moral tal-Pulizija huwa baxx minħabba l-fatt li t-tmexxija tal-Korp mhix sejra kif xieraq.