Il-Pulizija bit-tieni appell biex jinstab ir-raġel nieqes

Marcel Pisani nieqes

Read in English.

Il-Pulizija ħarġet it-tieni appell tagħha biex jinstab Marcel Pisani, li ġie rrappurtat nieqes. Marcel għandu 50 sena u jagħmel użu minn siġġu tar-roti. Huwa ġie rrappurtat nieqes fil-31 ta’ Diċembru.

Marcel intlemaħ l-aħħar fir-residenza tiegħu fil-Mosta.

Huwa jsuq karozza tat-tip Renault Captur ta’ lewn blu ċar b’saqaf bajdani.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija fuq 21224001 / 119 jew fl-eqreb għassa tal-Pulizija.