Il-pulizija bir-rondi biex jaraw li kulħadd liebes maskra fit-triq

Malta Police Force / Facebook

L-uffiċjali tal-pulizija bdew iduru t-toroq Maltin biex jaraw li kulħadd liebes maskra, billi mill-bieraħ sar obbligatorju l-ilbies tal-maskri kullimkien, anke fit-toroq.

Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci waqt konferenza stampa nhar il-Ġimgħa li għadda.

Huma ħabbru li mill-bieraħ kulħadd irid jilbes il-maskra kullimkien sabiex titrażżan l-imxija tal-coronavirus. Minn nhar il-Ġimgħa dan se jibda jiġi infurzat b’multi għal min jinqabad bla maskra.

Il-maskra tista’ titneħħa biss:

  • f’karozza privata iżda rakkomandazzjoni li tintlibes jekk jirkeb xi ħadd li mhux parti mill-familja;
  • f’attivitajiet fiżiċi iżda l-maskra għandha tintlibes dritt wara;
  • nies dipendenti fuq il-lip reading biex kulħadd ikun jista’ jikkomunika;
  • f’sitwazzjonijiet ta’ diskors pubbliku waqt li tinżamm id-distanza;
  • f’sitwazzjoni ta’ identifikazzjoni bħalma huma banek jew ajruport iżda terġa’ tintlibes dritt wara;
  • waqt trattament fil-wiċċ;
  • waqt l-ikel iżda jekk se tqum minn mal-mejda trid terġa’ tintlibes.

We are on the roads in all localities 🇲🇹 – enforcing and educating on public health guidelines to restrict the spread of…

Posted by The Malta Police Force on Sunday, October 18, 2020