“Il-Pulizija bidlet fehemtha u mhux se jinterrogawni”

Id-Deputat Nazzjonalista, Simon Busuttil, qal li l-Pulizija infurmatu li bidlet fehemtha u mhix se tinterrogah dwar it-twaħħil ta’ powsters bejn il-lejl tal-15 u s-16 t’April, f’għeluq is-sitt xhur mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Busuttil kien mistenni jidher l-Għassa tal-Belt illum fit-3pm, biex iwieġeb mistoqsijiet dwar l-allegat użu tal-karozza tiegħu biex jitweħħlu dal-powsters.
Fit-tweet kompla jikteb li jixtieq li issa l-Pulizija jużaw ħinhom biex jinterrogaw lill-Ministri Chris Cardona u Konrad Mizzi, liċ-Chief of Staff Keith Schembri, u lill-Prim Ministru Joseph Muscat, f’relazzjoni mar-rivelazzjonijiet ta’ The Daphne Project fl-aħħar jumejn.

https://platform.twitter.com/widgets.js

Fi tweet jumejn ilu, il-membru Parlamenari Laburista, Glenn Bedingfield qal li meta Dr Busuttil kien mstoqsi mill-ġurnalisti dwar ir-raġuni għalfejn il-karozza tiegħu kienet il-Belt fl-4am dakinhar, hu kixef li l-karozza kienet qed tintuża mis-sieħba tiegħu, Kristina Chetcuti.
Għal dan, Chetchuti wieġbet lil Bedingfield billi qalet li kulħadd jaf li hi attivista u taħdem għall-ġustizzja f’Malta.