Jidħol u jheddu biex jagħtih il-flus fl-Imsida

Ħalliel wettaq serqa f’ħanut fl-Imsida.
Is-serqa seħħet għall-ħabta tas-2.30pm f’ħanut fi Triq l-Isqof Caruana.
Il-Pulizija qalet li raġel li kien allegatament armat b’oġġett tal-ħadid, daħaħ fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier ta’ 54 sena mis-Siġġiewi.
Il-ħalliel irnexxielu jaħrab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.