Il-Pulizija bi tfittxija għal karozzi misruqa minn Raħal Ġdid

Tliet vetturi ġew misruqa fl-ewwel jiem tas-sena f’Raħal Ġdid.
Tnejn mill-vetturi kienu klassiċi u ġew misruqa fil-lejl ta’ bejn l-1 u t-2 ta’ Jannar.
Fuq il-midja soċjali iben il-vittma appella għall-għajnuna biex dawn jinstabu u qal li dawn il-karozzi għandhom valur sentimentali għal missieru, filwaqt li wiegħed rigal ta’ €500 għal kull min ikolu xi informazzjoni li twassal biex dawn jinstabu.
Sadanittant resident ieħor stqarr li fl-istess żmien insterqitlu quadbike mill-istess akwati.
Ma’ Newsbook.com.mt il-Pulizija kkonfermat li sar rapport dwar dawn il-każijiet u li għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha biex dawn jinstabu.
Kull min ikollu xi informazzjoni għandu jagħmel kuntatt mal-Pulizija fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid.