Aġġornata: Il-Pulizija bi tfittxija għall-ħallelin li serqu anzjana fil-Belt

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal tliet persuni li wettqu serqa minn residenza fil-Belt Valletta.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li s-serqa seħħet għall-ħabta 12.25pm minn residenza privata fi Triq Marsamxett. Fil-ħin tas-serqa kien hemm anzjana ta’ 69 sena. Il-ħallelin serqu ammont żgħir ta’ flus kontanti.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-ħallelin daħlu armati b’armi li jaqtgħu.