Jintlaqat arblu tad-dawl waqt inċident f’Pembroke

Aġġornat 11:19 AM
Facebook

Il-Pulizija ħarġet avviż dwar it-traffiku fi Triq Sant’Andrija f’Pembroke minħabba inċident tat-traffiku. Avżat lis-sewwieqa biex jevitaw din it-triq għalissa peress li tinsab magħluqa.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident, imma l-karozzi involuti daħlu f’arblu tad-dawl, u b’hekk kellha tingħalaq it-triq.

🇲🇹 Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Triq Sant Andrija, Pembroke. It-triq tinstab magħluqa minħabba inċident…

Posted by The Malta Police Force on Sunday, September 27, 2020

Part of St Andrews Road is closed for traffic, kindly find alternative routes and drive carefully

Posted by Pembroke Local Council on Sunday, September 27, 2020