Il-psikoterapija b’liġi speċifika li tirregola l-professjoni

Liġi ġdida li ħabar l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon se tkun qed tirregola l-professjoni tal-psikoterapija b’mod speċifiku. Qabel din il-professjoni kienet irregolata bħala waħda mill-professjonijiet kumplimentari għall-mediċina.

Dan tħabbar minn Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Huwa spjega kif il-liġi se tkun qed tispeċifika min jista’ jipprattika l-psikoterapija u x’taħriġ wieħed għandu bżonn, se tkun qed tgħid x’inhuma r-responsabbilitijiet u d-dmirijiet tal-psikoterapista lejn dawk li jagħmlu użu mis-servizzi.

Fil-kumment li ta lil Newsbook.com.mt Falzon saħaq li l-klijent għandu dejjem jibqa’ fiċ-ċentru tal-professjoni.