Il-psikjatra tikkonferma li issa tista’ tixhed fil-Qorti

Il-psikjatra mqabbda mil-Qorti biex teżamina l-kundizzjoni ta’ Nathalie Williams, ikkonfermat li issa tista’ tixhed il-Qorti kontra l-eks-raġel tagħha li allegatament inżammet maqfula taħt l-art f’toqba f’Rikażli.
F’Jannar il-mara kellha l-opportunità li tixhed darbtejn iżda naqset milli tagħmel dan minħabba li l-ewwel darba kienet għadha ma ltaqgħetx ma’ psikjatra, filwaqt li t-tieni darba ma xehditx għax ġie ppreżentat ċertifikat mill-psikjatra tagħha li juri li għadha mhix f’kundizzjoni li tixhed kontra żewġha.
L-akkużat ta’ 37 sena minn Seychelles qed jinżamm taħt arrest preventiv.