​Il-prova li meta tbill gallettina jkollha togħma itjeb

Ix-xjentisti kkonfermaw bil-provi li meta tbill gallettina fit-te, ikollha togħma itjeb.
Ix-xjentist Dr Ian Fisk, professor tal-kimika tal-ikel fl-Università ta’ Nottingham, żvela li meta tbill gallettina fit-te, verament li din tiġi tintiehem aħjar bid-doppju.
Dan għaliex skont l-analiżi xjentifika, il-gallettina fit-te tippermetti l-elementi tat-togħma u r-riħa tagħha biex jaslu iktar malajr fl-imnieħer u l-ħalq tal-persuna.
Din il-prova se tkun żvelata llejla fuq il-programm tal-BBC Two, Inside Factory.
Ix-xjentist ta prova wkoll li għall-aqwa togħma, jaqbillek tbill il-gallettina fit-te u mhux fil-ħalib sħun jew fil-kafé.