Il-protezzjoni ta’ omm lit-tewmin tagħha: irrifjutat l-abort u llum qassisin

Kienet id-determinazzjoni t’omm miċ-Ċile, biex tipproteġi lit-tfal tagħha fil-ġuf, minkejja l-parir tat-tobba biex jagħmlu abort, li wassal għal żewġt aħwa tewmin biex iħaddnu l-vokazzjoni tagħhom tal-presbiterat.

Fix-xogħol tagħha ta’ tabib, Rosa Silva kienet milquta minn raġġi, li wasslu għal xi diffikultajiet fid-dianjosi tat-tqala. It-tobba qalulha li t-tarbija kellha 3 idejn, li saqajha kienu qishom f’għoqda u li kellha żewġt irjus. Dak iż-żmien, l-abort kien legali fiċ-Ċile, għal raġunijiet terapewtiċi. Minkejja li qalulha li ħajjitha kienet f’periklu, Rosa qalet li taċċetta dak li jibgħatilha Alla.

Iż-żewġt aħwa twieldu fl-10 ta’ Settembru 1984. Felipe twieled l-ewwel, iżda Rosa qalet lit-tobba li kienet qed tħoss tarbija oħra ġo fiha. Paulo twieled 17-il minuta wara.

Minkejja li Felipe u Paulo kibru f’ambjent Nisrani, huma ma komplewx jmorru quddies. Wara li ddivorzjaw l-ġenituri tagħhom, reġgħu sabu ruħhom fil-Knisja, fejn irċevew is-Sagrament tal-Griżma.  

Kemm Felipe, kif ukoll Paulo, ħassew sejħa, iżda qatt ma tkellmu dwarha ma’ xulxin. Sal-lum, għadhom mhux ċerti min ġie msejjaħ l-ewwel. Daħlu fis-seminarju fl-2003 u ġew ordnati saċerdoti fl-2012.

L-aħwa saru jafu biċ-ċirkustanzi tat-twelid tagħhom meta kienu fis-sitt sena fis-seminarju. Għal Fr Paulo, dan saħħaħ il-vokazzjoni tiegħu, hekk kif ra li kienet ir-rieda t’Alla li kellhom jitwieldu.

Temm jgħid li Ġesù Kristu, l-Knisja u d-dinja għandha bżonnhom, kif ukoll żgħażagħ mimlija bil-verità t’Alla, sabiex b’ħajjithom, huma jikkomunikaw il-ħajja u bl-azzjonijiet tagħhom, l-imħabba.