Il-protest fil-Qorti kontra l-Wasteserv jagħti raġun lill-PN – Jason Azzopardi

Stqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista tgħid li l-fatt li kumpanija fil-Marsa ppreżentat protest ġudizzjarju fil-Qorti kontra l-Wasteserv minħabba l-intejjen mill-inċineratur tal-Marsa, jagħti raġun lill-Partit Nazzjonalista. L-istqarrija tkompli tgħid li dan il-fatt ikompli jikxef l-inkompetenza tal-Ministru għall-Ambjent Josè Herrera li għaliha qed iħallsu n-negozji li investew fil-Marsa kif ukoll ir-residenti Marsin u Pawlisti.

L-istqarrija ffirmata mill-kelliem għall-Oppożizzjoni dwar l-ambjent Jason Azzopardi tgħid li l-Ministru għadu ma laqax l-isfida li għamillu l-Partit Nazzjonalista biex jagħti aċċess lill-membri tal-midja biex jidħlu fl-inċineratur tal-Marsa, fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin u l-Magħtab biex il-pubbliku jkun jista’ jara r-riżultat tal-poltika ambjentali tal-Partit Laburista.