Il-prosekuturi jitlobu l-piena tal-mewt wara attakk fuq sinagoga fl-Istati Uniti

REUTERS/Alan Freed/File Photo

Read in English.

Il-prosekuturi fl-Istati Uniti se jkunu qed jitolbu għall-piena tal-mewt għar-raġel minn Pennsylvania li qed jiġi akkużat li spara f’sinagoga f’Pittsburgh is-sena li għaddiet bl-użu ta’ xkubetta semi-awtomatika u qatel 11-il persuna. Dan skont dokumenti li ġew sottomessi fil-Qorti t-Tnejn.

Robert Bowers li għandu 46 sena kien għajjat u qal li l-Lhud kollha għandhom imutu u spara lejn il-persuni li kienu qed jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Sabbath fis-sinagoga Tree of Life fis-27 ta’ Ottubru.

Bowers qal li mhux ħati għat-63 akkuża miġjuba kontrih quddiem il-U.S. District Court f’Pittsburgh u qed jistenna s-smigħ tiegħu hekk kif għadha ma ħarġitx data għalih. L-akkużi jinkludu fost l-oħrajn l-użu ta’ arma tan-nar biex wieħed joqtol persuna, li fixkel attivitajiet reliġjużi li wasslu f’mewt, fost l-oħrajn.

Il-massakru tas-sinagoga Tree of Life kien l-akbar attakk li qatt sar fuq l-Amerikani-Lhud fl-Istati Uniti.