Il-proposti għall-kera ma jfixklux is-suq – il-Periti

Il-Kamra tal-Periti laqgħet id-dokument ippubblikat mill-Gvern dwar ir-riforma tas-suq tal-kera u qalet li l-proposti ġew imfassla b’tali mod li ma jfixklux ħafna lis-suq. Sostnew li l-firxa ta’ proposti li jissemmew fil-White Paper juru li d-dokument ta’ konsultazzjoni ġie mfassal bir-reqqa u spjegaw li l-kwistjonijiet attwali ġew indirizzati tajjeb, mingħajr ma’ jintervjenu ħafna fil-forzi tas-suq.

Il-Kunsill tal-Kamra tal-Periti kellu reazzjoni pożittiva għall-biċċa xogħol li għamel is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes u tim ta’ riċerkaturi tiegħu biex ifasslu l-politika tal-Gvern dwar is-suq tal-kiri f’konsultazzjoni li qal li saret bi kwalità u b’reqqa.

Qalu li dan l-isforz li sar jawgura tajjeb għal governanza tajba u ħeġġew lill-Gvern biex jadotta l-istess benchmark f’konsultazzjonijiet pubbliċi oħra futuri.

Semmew fost l-oħrajn il-proposti tal-benefiċċjigħall-akkomodazzjoni flok is-sussidji tal-kera u l-kirjiet fit-tul qabel l-1995 li skont il-Kamra tal-Periti ma ġewx indirizzati f’din il-White Paper.

Tista’ taqra d-dokument sħieħ hawnhekk.