“Il-proposti dwar l-immigrazzjoni huma dawk tas-Soċjalisti” – Cyrus Engerer

Cyrus Engerer sostna li l-proposti ta’ Malta dwar l-immigrazzjoni, jiffurmaw parti integrali mill-manifest tas-Soċjalisti Ewropej għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej ta’ Mejju li ġej.
Cyrus Engerer li se jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista qal li Malta u l-pajjiżi tal-Mediterran ma jistgħux jitħallew waħidhom f’din il-kwistjoni.
Waqt li kien qed jieħu sehem fil-Kungress tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej f’Ruma, Cyrus Engerer qal li issa wasal iż-żmien ta’ azzjoni konkreta.
Cyrus Engerer spjega wkoll il-qabża ‘l quddiem li Malta għamlet fid-drittijiet ċivili, u kif Malta għandha tkun mudell biex l-Ewropa ssir aktar progressiva u tassigura ugwaljanza fid-drittijiet ċivili.