Il-propjetarji tal-‘Għarix’ jitolbu lil ulied Mintoff iħallsu €4,900 f’multi pendenti

Is-sidien il-ġodda tar-residenza tal-eks-Prim Ministru Dom Mintoff f’Delimara qed jitolbu lil uliedu biex iħallsu aktar minn €4,900 f’multi li baqgħu pendenti.
Ir-residenza magħrufa bħala l-Għarix kienet inxtrat f’Ottubru li għadda minn raġel ta’ 33 sena mill-Fgura u martu għas-somma ta’ €250,000.
Fi protest ġudizzjarju, is-sidien il-ġodda qed isostnu li xtraw ir-residenza bil-kundizzjoni li l-permessi kollha kienu mħallsa u li kontijiet pendenti kellhom jitħallsu qabel.
Il-werrieta tal-eks-Prim Ministru qed jingħataw jumejn ċans biex iħallsu dawn il-multi pendenti.