Il-propjetà fis-sajf f’Malta l-iktar li għoliet fl-UE

Bejn Lulju u Settembru tas-sena li għaddiet, Malta kellha l-ikbar żieda fil-prezzijiet tal-propjetà fl-UE.
Dan meta t-tqabbil isir mat-tliet xhur ta’ qabel.
Skont il-Eurostat, il-prezzijiet tal-propjetà f’Malta fis-sajf li għadda żdiedu b’6.2%, segwiti mill-Irlanda u l-Awstrija li t-tnejn kellhom żieda ta’ iktar minn 4%.
Meta t-tqabbil isir fuq bażi ta’ sena, il-prezzijiet tal-propjetà f’Malta għolew b’6.7% imma mhumiex l-ogħla fl-UE.
L-ikbar żieda, bejn is-sajf tal-2015 u dak tal-2014, kienet fl-Iżvezja bi kważi 14% imbagħad fl-Awstrija b’iktar minn 9%.
Il-medja fuq sena għad-19-il pajjiż bil-munita ewro kienet ta’ żieda fil-prezzijiet tal-propjetà bir-rata ta’ 2.3%.