Il-propjetà f’Malta fl-2015 tibqa’ ogħla mill-2014

Il-prezz tal-propjetà f’Malta, bejn Ottubru u Diċembru li għadda, kien 1% ogħla minn dak tal-istess xhur fl-2014 imma raħas fuq it-tliet xhur ta’ qabel.
Skont il-Eurostat, il-prezz tal-propjetà f’Malta bejn Lulju u Settembru kien ogħla b’6.7%, meta mqabbel mal-istess xhur ta’ sena qabel, imma mbagħad raħas b’1.4% fl-aħħar tliet xhur tas-sena.
Il-medja għall-pajjiżi bil-munita ewro kienet ta’ żieda fil-prezz tal-propjetà, bejn Ottubru u Diċembru u l-istess xhur sena qabel, bir-rata ta’ 2.9%, u żieda ta’ 3.8% bħala medja għall-pajjiżi membri tal-UE.
L-ikbar żieda ratha l-Iżvezja bi prezzijiet li f’sena telgħu b’iktar minn 14%. Il-Kroazja kellha l-iktar waqgħa fil-prezzijiet, fost tliet pajjiżi, bir-rata ta’ 2.1%. It-tnejn l-oħra kienu l-Italja u Ċipru, b’roħs ta’ inqas minn 1%.