Il-Programm taż-żjara tal-Papa fit-Tajlandja u l-Ġappun

Il-logos preparati għaż-żjara tal-Papa fit-Tajlandja u l-Ġappun

Il-Programm taż-żjara tal-Papa fit-Tajlandja u l-Ġappun

Il-Papa Franġisku, ix-xahar id-deiħel mistenni jżur it-Tajlandja u l-Ġappun. Dan se jkun it-32 Vjaġġ Apostoliku tiegħu barra minn Ruma. It-tema ta’ dan il-vjaġġ hi waħda ekumenika b’waqfiet sinjifikattivi f’Nagasaki u Hiroshima.

L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ippubblika l-programm sħiħ ta’ dan il-vjaġġ. Il-Papa jitlaq minn Ruma fid-19 ta’ Novembru u wara tliet ijiem fit-Tajlandja ikompli t-tieni parti tal-vjaġġ fil-Ġappun. Hu mistenni lura fil-Vatikan fis-26 ta’ Novembru.

It-Tlieta, 19 ta’ Novembru

19:00 – Tluq mill-ajruport ta’ Fiumicino għall-ajruport ta’ Bangkok

L-Erbgħa 20 ta’ Novembru

12:30 – Wasla fl-ajruport militari ta’ Bangkok  u merħba uffiċjali fl-ajruport.            

Il-Ħamis 21 ta’ Novembru

Ċerimonja ta’ merħba fil-bitħa tad-Dar tal-Gvern; Laqgħa mal-Prim Ministru tal-pajjiż. Laqgħa mal-awtoritajiet, is-soċjetà ċivili u l-korp diplomatiku fis-Sala “Inner Santi Maitri” fil-Palazz tal-Gvern. Minn hawn il-Papa jmur għal żjara lill-Patrikjarka Suprem tal-Buddisti fit-Tempju Ratchabophit Sathit Maha Simaram.

Il-ġurnta tkompli b’laqgħa mal-ħaddiema mediċi tal-Isptar St Louis; Laqgħa privata mal-morda u persuni b’diżabilità fl-istess sptar.

Wara pranzu fin-Nunzjatura Apostolika il-mexxej tal-Knisja jagħmel żjara privata lill-Maesta Tiegħu ir-Re Maha Vajiralongkorn fil-Palazz Irjali u wara jiċċelebra Quddies fl-Istadium Nazzjonali

Il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru

Il-jum jibda b’laqgħa mal-qassisin, reliġjużi, seminaristi u katekisti fil-Parroċċ ta’ San Pietru segwita minn laqgħa mal-Isqfijiet tat-Tajlandja fis-Santwarju tal-Beatu Nicholas Boonkerd Kitbamrung u laqgħa privata mal-Patarijiet Ġiżwiti f’sala qrib is-santwarju.

Pranzu fin-Nunzjatura Apostolika.

Wara nofsinhar Papa Franġisku se jiltaqa’ ma’ mexxejj tad-denominazzjonijiet insara u reliġjonijiet oħra, fl-Universita ta’ Chulalongkorn u jtemm dan il-jum b’ Quddiesa għaż-żgħżagħ fil-Kattidral tal-Assunta

Is-Sibt 23 ta’ Novembru

Ċerimonja ta’ Tislima fl-ajruport militari ta’ Bangkok Fid-9.30 jitlaq lejn Tokyo fejn jasal fis-17.40 fejn jingħata merħba uffiċjali. Aktar tard jiltaqa’ mal-Isqfijiet tal-pajjiż fin-Nunzjatura Apostolika

 Il-Ħadd 24 ta’ Novembru

Fis-7.00 il-Papa jieħu ajruplan li jwasslu Nagasaki wara titjira ta’ sagħtejn u nofs. Mill-ajruport jibqa’ sejjer biex iwassal messaġġ dwar l-armi nukleari fl-Atomic Bomb Hypocenter Park. Minn hemm imur fuq l-Għolja Nishizaka biex jagħti tislima lill-Qaddisin Martri.

Wara pranzu fid-dar tal-Isqof ta’ Nagasaki, il-Kap tal-Knisja Kattolika jiċċelebra Quddiesa fl-iStadium tal-Baseball.

Fl-16.30 jaqbad titjira oħra għal Hiroshima  u jibqas sejjer lejn il-Mafkar tal-Paċi fejn imexxi

Laqgħa għall-Paċi . Fit-20.25 jirritorna lejn Tokyo.

It-Tnejn 25 ta’ Novembru

Il-ġurnata tibda b’laqgħa mal-vittmi tat-tliet diżastri ta’ Marzu 2011 (meta kien seħħ terremot li kkawża tsunami li kaxkar impjant nukleari.

Il-Papa mbagħad ikollu laqgħa privata lill-Imperatur Naruhito fil-Palazz Imperjali u aktar tard laqgħa maż-żgħażagħ fil-Kattidral ta’ Santa Marija.

Pranzu mad-delegazzjoni tal-Papa fin-Nunzjatura Apostolika.

Wara nofsinhar Papa Franġisku jiċċelebra Quddiesa fit-Tokyo Dome u minn hemm jibqa’ sejjer għal-laqgħa mal-Prim Ministru Ġappuniż, f’Kantei li warjha jiltaqa’ mal-awtoritajiet tal-pajjiż ul-korp diplomatiku u s-soċjetà ċivili f’Kantei ukoll.

It-Tlieta 26 ta’ Novembru

L-aħħar jum ta’ dan il-Vjaġġ Apostoliku l-Papa jibdih b’Quddiesa privata mal-Patrijiet Ġiżwiti fil-Kappella ta’ Kulturzentrum fl-Universita Sophia u wara jagħmel kolazzjoni u laqgħa privata mal-Collegium Maximum tal-Universit] . Hemmhekk iżur ukoll lil saċerdoti anzjani jew b’diżabilità li jgħixu fl-istess Universita Sophia u jdur ukoll il-parti tal-università fejn ikun hemm l-istudenti.

Minn hawn Papa Franġisku jibqa’ sejjer lejn l-ajruport Tokyo-Haneda fejn jingħata tislima uffiċjali u jaqbad ajruplan  lejn l-ajruport ta’ Fiumicino biex jasal Ruma aktar tard filgaxija.


 [MS1].