Il-programm ta’ rilokar minn Malta għall-Kanada fittizju – UNHCR

Aġenzija għar-Refuġjati fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda f’Malta (UNHCR Malta) wissiet lill-pubbliku li ma hemm l-ebda programm ta’ rilokazzjoni għar-refuġjati minn Malta għall-Kanada.

Dan qalitu f’post fuq Facebook b’diversi lingwi. Il-UNHCR Malta spjegat li saret taf li hemm informazzjoni skorretta li qed tiġi ċċirkolata dwar programm ta’ rilokazzjoni li ma jeżistix. Intant avżat lir-refuġjati u l-immigranti sabiex joqgħodu attenti minn persuni li jitolbuhom jaqsmu magħhom informazzjoni sensittiva jew inkellha jħallsu xi flus sabiex japplikaw għal rilokazzjoni f’pajjiżi terzi.

Fil-messaġġ tagħha, l-Aġenzija spjegat li s-servizzi tagħha huma dejjem b’xejn u jiġu pprovduti mill-istaff tagħha stess. Intant UNHCR Malta kkundannat dan l-att kontra t-tixrid ta’ informazzjoni skorretta li tipprova tieħu vantaġġ minn persuni li qed jippruvaw ifittxu l-ażil. Intant talbet lil dawk kollha li jaf għandhom xi informazzjoni dwar dan il-każ sabiex jikkuntattja lill-uffiċċju tal-Aġenzija f’Malta.