Il-programm famuż Tedx issa f’Malta

Tedx issa f’Malta, hekk kif l-Università ta’ Malta ngħatat l-permess biex ittella’ l-attività TEDx.
Permezz ta’ dan il-programm l-Università se tkun qed tingħaqad ma’ mijiet ta’ universitajiet u kulleġġi madwar id-dinja.
Tedx inħoloq bħala parti minn TED.
Hija tissaportja organizzazzjonijiet indipendenti li jridu jorganizzaw attività bħal Ted fil-komunità tagħhom.
L-attivtitajiet ta’ TEDx huma ppjanati u kkordinati b’mod indipendenti, bil-liċenzja maħruġa minn TED.
It-tema tat-taħdita se tkun The Joys of Being.
Id-diskussjoni se tesplora dwar l-istat preżenti tal-umanità mill-perspettiva komunitarja. It-taħdita se tiffoka fuq minkejja l-isfidi li qed niffaċċjaw kuljum dan huwa l-aħjar żmien biex ngħixu.
It-taħdita se tkun limitata għall-100 peersuna u se ssir nhar l-Erbgħa 18 ta’ Mejju mis-6pm sal-10pm.
Il-biljetti għal din it-taħdita jistgħu jinqatgħu minn hawn jew mid-dar l-istudent, fl-Università.
Għal aktar informazzjoni dwar il-programm TEDx tista’ tidħol hawn.