​“Il-proġett tal-Marsa ħafna ikbar minn tal-Kappara” – Ian Borg

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li l-proġett tal-flyovers fil-Marsa se jkun ħafna ikbar minn dak tal-Kappara.
Qal li jixtieq jantiċipa d-data stabbilita tal-ewwel tas-sena, sabiex ix-xogħol jinbeda u jaqbad ir-ritmu tiegħu bil-għan li l-proġett ikun jista’ jagħti nifs ġdid lin-naħa t’isfel tal-pajjiż.
Il-Ministru Borg qal li l-Gvern u Transport Malta tgħallmu mill-proġett tal-Kappara, u kien għalhekk li l-Gvern ħareġ bil-proposta tal-mina f’Santa Luċija.
Qal li jħoss li wasal iż-żmien li tibda diskussjoni biex l-operatur tat-trasport pubbliku jkompli jżid il-kapaċità tiegħu għax qal li d-domanda ta’ persuni li jużaw it-trasport pubbliku, dejjem qiegħda tikber. 
Ritratt: Arkivji